|
|
Merhba Jiena Janice Chetcuti, ilni mizewwga 5 snin ma’ Glen, noqghod M’xlokk u mwielda z-Zejtun. Bdejt nghallem 11–il sena ilu fl-iskola Primarja ta’ Hal Tarxien, sena wara f’ B’Buga u ghal 9 snin fl-iskola ta’ Hal-Luqa. Gradwajt ukoll mill-Universita’ ta’ Malta f’ Business Management, kif ukoll minn Universita’ Amerikana fil-kamp tan-Nutrizzjoni u l-isports. Is-sena l-ohra minhabba l-interess u l-passjoni tieghi fil-harsien ta’ l-annimali u kif ukoll ta’ l-ambjent hadt il-kariga ta’ Animal awareness Organiser and Peripathetic teacher mad-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni fejn jien inkarigata mill-iskejjel kollha ta’ Malta u Ghawdex f’dan ir-rigward. Ghandi hafna ghal qalbi ukoll l-isports specjalment in-Netball, li bdejt nilghab minn meta kelli 15–il sena, l-ewwel team tieghi kien dak ta’ B’Buga u wara mat-team Nazzjonali ta’ Malta. Ghal xi snin trennjajt lit-team ta’ l-iskola ta’ Hal-Luqa. Nipprova nsib ftit hin kuljum biex nirrilassa l-gym u kont nittrennja ukoll kick boxing li dan l-ahhar kelli nwaqqaf minhabba commitments ohra li sar ghandi spejalment fil-kamp politiku. Il-hajja politika tieghi bdiet propju s-sena l-ohra, meta l-partit tal-PN ghajjatli biex nikkontesta ghal elezzjoni tal-kunsilli lokali f’Marsaxlokk. Hawn hekk rajt ir-rispett kbir li urewni x-Xlukkajri bil-vot taghhom wara biss ftit xhur li mort noqghod hemm. Illum nifforma parti mill-Kumitat Sezzjonali ta’ M’Xlokk u kif ukoll fl-MNPN li wara li gejt eletta nghatajt il-kariga ta’ Ufficjal Promozzjonali ta’ l-istess kumitat. Kelli l-opportunita’ ukoll li nintghazel darbtejn wara xulxin bhala rapporteur f’ zewg workshops f’dawn l-ahhar 2 Kunsilli Generali tal-Partit Nazzjonalista; f’dak ta’ L-Partecipazzjoni tal-mara fis-Socjeta Maltija u dak ta’ L-Ambjent u l-Impatt tieghu fuq Hajjitna. Accettajt li nkun kandidata ghall-Partit Nazzjonalista ghax nemmen li bhala mara u zaghzugha, dan hu l-partit li qed jaghtina l-unici opportunitajiet li jkollna success. Inhossni kburija hafna li nista’ nifforma parti minn partit li daqshekk iqis il-bzonn taghna l-individwi li mhux biss nezistu u nghixu izda sahansitra nirnexxu. F’dawn il-jiem qed indur gewwa l-irhula taghkom fejn qed nipprova niltaqa’ ma’ kulhadd, ghalkemm il-hin hafna drabi huwa l-akbar ostaklu. Waqt li nirrigrazzjakom ta’ l-attenzjoni, inselli ghalikom, Janice Chetcuti.
|
||||||||||||||||||||||||